L-Attriċi popolari Lara Azzopardi hija waħda min-nominati sabiex tirbaħ Award fil-Canadian Cinematography. Dan wara li l-proġett tagħha “Kużra” li għamlet għall-Masters ġie magħżul mal-finalisti.
Kużra huwa dokudrama li tirrakonta storja vera ta’ tfajla ta’ 18-il sena jisimha Douminka (magħrufa bħala Kużra) li tmut b’mod misterjuż fl-1869. Dawn l-awards jirrikonixxu talent ġdid bħal Lara u studenti li għadhom jibdew fid-dinja taċ-ċinematogrofija.
Fl-1 ta’ Ġunju inkunu nafu jekk Lara rebħitx dan it-titlu jew le! Sadanitant awguri Lara u proset tax-xogħol tiegħek.