Malta hija l-orħos pajjiż fl-Ewropa biex iġib il-liċenzja u ssir sewwieq. Dan ħareġ fi studju internazzjonali, li sar mis-sit tal-assigurazzjoni tal-karozzi Confused.com. Huma kkalkulaw li l-lezzjonijiet tas-sewqan u t-tariffi ta’ Transport Malta jiswew lil sewwieq ġdid medja ta’ €910.
Is-sit Ingliż ħadem l-affordabilità mas-salarju medju ta’ kull pajjiż, u kkonkluda li Malta hija l-irħas għax l-ispiża biex tinkiseb liċenzja tas-sewqan tassorbi l-inqas ammont ta’ flus mis-salarju medju annwali.
L-istudju, li sar f’19-il pajjiż, sab li l-ispejjeż biex tinkiseb liċenzja f’Malta jammontaw għal 5.4 fil-mija tas-salarju medju annwali. X’taħseb dwar dan?