Alex Borg, Mr World Malta, tkellem dwar l-importanza tas-saħħa mentali fis-soċjetà tal-lum.
Alex jikteb, “Nemmen bi sħiħ li fil-ħajja mgħaġġla li qed ngħixu, irridu nsibu bilanċ. Nemmen li kulħadd għandu jsib ħin għalih innifsu u għall-familja. M’aħniex ‘robots’. Irridu fuq kollox nitgħallmu ngħixu u mhux neżistu.”
Is-saħħa mentali tas-soċjetà tagħna, tibda mill-ħajja ta’ kuljum, mix-xogħol sad-dar. Ejja naħdmu flimkien sabiex ħadd ma jaqa’ fid-dipressjoni. Ejja nkunu hemm għal xulxin. Soċjetà magħquda hija soċjetà b’saħħitha!”
Ħsieb verament importanti u li kultant anqas biss nirrealizzaw li għandna bżonn nieħdu ftit ta’ pawża u ħin għalina stess.
Facebook / Alex Borg