Sfortunatament jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien qed jibqa’ jkun hawn bosta li mhux jagħtu kas l-ambjent ta’ madwarhom. Kull fejn tmur issib oġġetti mormija u ħmieġ li jħallu warajhom persuni irresponsabbli.
Riċentament il-bajja ta’ Golden Bay instabet fi stat disatruż u tal-waħx, wara li intervjenew rangers li rnexxielhom jaqbdu xi persuni jħammġu fil-fatt. Fuq il-paġna Malta Rangers Unit inxtered ritratt li juri dak li tħalla fuq ir-ramel.
Hawn taħt jidher ritratt li ttieħed f’Golden Bay. Paġni u għaqdiet favur l-ambjent qed jissieltu biex iwasslu l-messaġġ ħalli kulħadd jagħti d-daqqa t’id tiegħu biex jitħares l-ambjent. Huma kitbu,
“Dan il-grupp li ħalla t-tarf kollu tar-Ramla tal-Mixquqa (Golden Bay) mimli konfetti blu issa ħa jaffaċċja multa ta’ €450. Ir-Rangers irnexxielhom isibu biżżejjed provi biex jiġbru rapport bl-identitajiet tal-ħatja u għaddewha lill-Mellieħa Community Policing Team .
Il-paġna 7R Lifestyle Malta xerrdet post li turi eżempju wieħed kif ilkoll nistgħu nikkollaboraw għal ambjent aħjar. Malti li ġabar l-iskart minn ħdejn id-dar tiegħu, skart li ma kellux għaliex ikun mitfuh hemm.
Huma jiktbu, “Tajjeb li tħarsu madwar darkom u tieħdu azzjoni simili. Il-bidla hija possibli jekk kulħadd jirranġa ftit ftit id-diżordni li qed naraw fit-toroq tar-raħal tagħna.”
Prosit lil dan il-proxxmu ta’ rieda tajba kif ukoll lil dawk kollha li qed jaħdmu favur l-ambjent tagħna!
Facebook/ Radisson Blu Resort & Spa, Malta Golden Sands