"Kienet Ħolma Qadima, Li Forsi Għad Isseħħ!" – L-Attur Michael Sciortino B'Xewqa Li Ma Jistax Jaqta' Għalissa

Michael Sciortino, ħafna jafuh fil-parti prinċpali tiegħu f’Ħal Bla Ras, Issa Naraw u ħafna aktar. L-attur tkellem ftit fuq kif qatta’ żmien il-Covid-19. “Minħabba l-pandemija, kelli ninqafel id-dar skont l-istruzzjonijiet” qal f’kitba tal-paġna Teatru Malta.

Kien iqatta’ l-ħin fil-ġnien, jiżborr, jbexx, jisqi u jaqta’ l-frott. Sab ukoll ħin sabiex idur dawra ddar u jsewwi xi affarijiet. Iżda laktar ħaġa li urtatu kienet l-fatt li tħassritlu ħolma li kellu mal-mara tiegħu Marjanna. “Din il-pandemija ġabet ukoll xi frustrazzjoni, għax kont ibbukkjajt biex nattendi, ma’ Marjanna, kunċert ta’ Andrè Rieu ġo Maastricht fit-2 ta’ Lulju, li ġie mhassar. Kienet ħolma qadima, li forsi għad isseħħ!” jgħid Michael.

Jitkellem ukoll fuq l-fatt li ma setax jgħannaq lil uliedu u martu bħal qabel. Aħna nawguraw lil MIchael ħalli jkun jista’ jaqta’ din ix-xewqa tiegħu la jgħaddi kollox! Ara l-kitba kollha tiegħu… 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI