Il-każijiet f’Malta jirdoppjaw hekk kif toħroġ l-aħħar statistika mid-Dipartiment tas-Saħħa. Dawn il-każijiet pożittivi ħarġu minn 931 test li sar tul dawn l-aħħar 24 siegħa. Il-każijiet huma kollha relatati mal-każ li ħareġ ilbieraħ.
Il-paġna tirraporta li erba’ każijiet ħarġu pożittivi dalgħodu. Issa li għaddej aktar ittestjar wieħed jistenna r-riżultati fil-ġranet li ġejjin. Nittamaw li ma jinstabux daqshekk każijiet ġodda u s-sitwazzjoni tibqa’ taħt kontroll kif kienet għal dawn l-aħħar jiem.
Ħudu ħsieb u ibqgħu segwu l-miżuri mid-dipartiment tas-saħħa.