"Il-Familja Busuttil Jitilfu Lil Ommhom L-Għażiża Kif Ukoll Id-Dar Tagħhom" – Is-Sindku Joe Abela

Ħal Tarxien qam għal diżgrazzja hekk kif omm tilfet ħajjitha ġewwa darha. Is-sinku tal-lokal għadda messaġġ dak li jkun joffri ftit għajnuna.

Is-sindku qal, “Ħal Tarxien dalgħodu jistenbaħ b’diżgrazzja kbira. Il-Familja Busuttil jitilfu lil ommom l-għażiża kif ukoll id-dar tagħhom, anqas fadalhom bieb ta’ barra. Jien qiegħed nagħmel appell kemm lil ħuti t-Tarxiniżi, kif ukoll lil kulħadd.”

Hu komla jżid, “Għeżież qiegħed niġbor donazzjonijiet biex intaffu ftit mill-ispejjeż kbar li ġarbet din il-familja. Kondoljanzi lill-familja kollha għal din ommna Lonza Busuttil.”

Aħna f’isem Gwida.mt ngħaddu l-kondoljanzi tagħna u nħeġġu lil kulħadd ikun ta’ għajnuna.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI