Smajna b’kull tip ta’ scams iżda dejjem isibu xi mod ieħor donnu! L-awtriċi lokali Natasha Turner ħalliet twissija fuq il-profil tagħha għal dak li ġralha ftit tal-ħin ilu. Qasmet dan għax ħalliha b’xokk fuqha u kemm jista’ jkun ma tridx li ħaddieħor jgħaddi mill-istess.
Hi qalet, “Irċevejt telefonata minn 2125 8594 li ġejt irrappurtata għall-money laundering u talbuni nagħfas 1, deher Malti u safe u bjadt! Xokk hux dalgħodu! Mela jien qatt kelli problemi bil-pulizija! Għandi xorti li sservini l-paga kull xahar! Malli ċempilt lura, voice msg qalli: “it doesn’t exist.” Oqgħodu attenti u tagħfsu xejn!”
Jidher li għadhom għaddejjin!
Facebook / Natasha Turner