Elaine Sammut Ma Gwadanjat Xejn Miċ-Ċekk Tar-Rifużjoni – Araw X'Għamlet Malli Rċevietu!

Meta tagħti tħoss sodisfazzjon kbir, irrelevanti x’inhu l-ammont. Il-preżentatriċi Elaine Sammut iddeċidiet li biċ-ċekk ta’ rifużjoni tagħha tagħti mingħajr ma tieħu xejn materjali għaliha.

Fil-fatt hi xtrat xirja li biha xtaqet tkun ta’ għajnuna kbira għal dawk it-tfal kollha li huma inqas ixxurtjati u li żgur ma rċevew l-ebda ċekk. Flimkien ma’ bintha Yelena, sabet il-ħin biex tmur tqassam ix-xirja f’żewġ istituzzjonijiet differenti.

“Yelena għenitni nagħmel ix-xirja u qassamniha bejn l-Istitut tal-Ursolini ta’ Tas-Sliema fejn bħalissa qed irabbu b’għożża kbira 15 -il tifel u tifla minn trabi sa 5 snin u Angela House Gwardamangia fejn hemm tfal t’etajiet minn 3 sa 13 -il sena”.

Huwa veru li Elaine u Yelena ma gwadanjaw xejn materjali għalihom. Iżda li huwa żgur hu li gwadanjaw sodisfazzjon u kuntentizza indeskrivibbli hekk kif b’dak li għandhom għenu lil tant tfal u ferrħu lis-sorijiet li jieħdu ħsiebhom! Nifirħulhom għal dan il-ġest mill-isbaħ!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI