Illum huwa propju jum għeluq snin il-preżentatriċi Angela Agius, u għaldaqstant fuq il-midja soċjali rċeviet diversi messaġġi ta’ xewqat sbieħ. Fosthom kien hemm xi kollegi li tarahom ta’ spiss fl-istazzjon Television Malta.
Bħal dejjem il-makeup artist Shasha Fabri kienet fost l-ewwel nies li awgurawlha f’din il-ġurnata speċjala. Shasha kitbitilha messaġġ mill-qalb fejn urietha r-rispett li għandha lejha. “Awguri mill-qalb għażiża… minn qalbi nixtieqlek sena mill-isbaħ.. Grazzi ta’ kemm sibtek fi żminijiet diffiċli… jien hawn dejjem għalik… Inħobbok immens.”
Shasha anke qassmet ritratt għall-okkażjoni, mid-dehra kien propju meħud f’ċelebrazzjoni ta’ għeluq sninha mill-passat!