Julian Marley U Ronan Keating Ġejjin F’Pajjiżna – Ir-Ritorn Tal-Għaxaq Music Festival!

Is-Sajf wasal b’appuntament ewlieni fil-kalendarju tal-mużika lokali tagħna: L-Għaxaq Music Festival 2024!.

Illum dan il-festival daħal sew fil-kalendarju Muzikali tas-Sajf Malti. Festival fejn kompla jgħolli il-livell sena wara sena, b’artisti ta’ fama internazzjonali, fosthom Johnny Logan, Boney M, UB40, Smokie, il-grupp leġġendarju, The Wailers u l-kantawtur taljan Marco Masini fost l-oħrajn. 

Fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju (1999-2024), il-kumitat organizzativ ħaseb sabiex itellgħa żewg kunċerti spettakolari ġewwa l-grawnd ta’ Hal Ghaxaq, b’xalata ta’ mużika għal-gosti ta kulħadd.

l-Ewwel Ġurnata:

Is-separju jiftaħ nhar l-Erbgħa 24 ta’ Lulju bir-rebbieħ tal-Grammy Award għas-sena 2024, Julian Marley & The Uprising bit-Tour Mondjali ‘Colors of Royal’. Julian Marley’ it-tifel ta l-ikona tal-muzika Raggae, il-leġġendarju Bob Marley, kompla fuq il-passi ta’ missieru u llum il-ġurnata stabillixxa lilu nnifsu bħala wieħed mill-vuċijiet l-aktar influwenti tar-raggae. Julian Marley ġibed udjenzi kbar madwar id-dinja b’melodija li ssaħħrek u l-ħoss ikoniku tieghu.

Dawk kollha dilettanti tal-mużika raggae żgur ser ikunu qed jistennew setlist dinamiku li jinkludi suċċessi friski mir-rebħ tal-Grammy Award tal-aqwa album raggae, Colors of Royal b’suċċessi fosthom, ‘Boom Draw’, ‘Systems’ u ‘Lemme Go’. Ma jonqosx wħud mil-klassiċi mir-repertorju vast ta’ missieru Bob Marley, fejn żgur l-udjenza tkun qed tistenna bil-ħerqa il-kanzunetti bħal ‘Exodus’, ‘One Love’, ‘Three Little Birds’ u ‘Could you be Loved’ flimkien ma’ oħrajn. Esperjenza tal-ħolm u tassew mużika inkredibbli, żgur mhux ta’ min jitlifha!



                                           jm



It-Tieni Ġurnata:

Ikompli l-festival is-Sibt 27 ta’ Lulju, fejn dawk preżenti ser ikunu qed jassistu ghall-kunċert tal-kantawtur ta’ fama Internazzjonali, stilla fix-xena Pop u soft rock, l-Irlandiz Ronan Keating. Mis-suċċess bħala l-kantant ewlieni tal-band popolari mis-snin 90, Boyzone, għal-karriera mimlija suċċessi bħala solo, Ronan Keating ġibed udjenzi madwar id-dinja bl-aqwa diski li laħqu l-quċċata fiċ-charts mużikali, b’rekord ta 30 diska konsekuttiva fit-top 10.

F’dan il-kunċert uniku, nistennew setlist ippakkjata bis-suċċessi klassiċi ta’ Ronan Keating inklużi “When You Say Nothing at all”, “Life is a Rollercoster,” u “If Tomorrow Never Comes,” kif ukoll mir-repertorju tal-grupp maħbub Boyzone li żgur ser iġib nostalġija u memorji ta’ mumenti għeżież. Mill-klassika “No Matter What,” għal famuża “Love Me For A Reason,” Ronan Keating flimkien mal-band tiegħu ser jieħdu lill-udjenza fuq vjaġġ mużikali indimentikabli b’imħabba u perfezzjoni.

Ma’ dawn l-artisti ta’ fama internazzjonali ser ikunu wqed jingħaqdu numru ta’ artisti, bands u dj’s popolari Maltin li żgur ser ikunu qed jikkumplementaw dan l-ispettaklu li tant huwa mistenni mil-Maltin u l-Għawdxin.



                                          rk 

Il-biljetti ser ikunu jistgħu jinxtraw minn fuq showshappening.com minn nhar it-tnejn 6 ta’ Mejju fil-11:00am. Bħas-snin ta’ qabel parti mid-dħul għal dawn il-kunċerti huwa b’xejn iżda l-pubbliku se jkun imħeġġeġ jagħti donazzjoni b’risq l-Organizzazzjoni Embrace Diversity, organizzazzjoni volontarja għat-tfal u ż-żgħażagħ b’diżabilità.

Aktar informazzjoni se tittella’ fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook Għaxaq Music Festival fil-ġimgħat li ġejjin, ghalhekk inħeġġu lill-publiku biex isegwi l-paġna uffiċjali tal-festival. https://www.facebook.com/ghaxaqmusicfestival

l-Għaxaq Music Festival se jitella’ taht il-patronċinju tal-Ministeru tal-Kultura u l-Awtorita Maltija ghat-Turizmu.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI