Fuq il-paġna tal-Facebook tagħhom, l-MSPCA qed jagħmlu appell biex in-nies ikunu kawti meta joħorġu l-annimali tagħhom hekk kif instabu ammont ta’ zalzett b’imsiemer fihom li huma bla dubju fatali jekk jiġu kkonsmati.
“Ġie miġjub għall-attenzjoni tagħna li fl-inħawi tal-Għarb / San Lawrenz f’Għawdex, kien hemm zalzett imqassam mal-post kollu bl-imsiemer imdaħħlin fihom,” kitbu l-MPSCA.
“Aħna nikkundannaw dan l-att ta’ moħqrija u nħeġġuk biex tkun kawt jekk għandek annimali li jimirħu fl-inħawi. Xerred il-messaġġ biex inkunu nistgħu nnaqqsu l-ħsara kkawżata minn att irresponsabbli bħal dan.
Facebook/MSPCA