"Għal Min Forsi Ma Rnexxilux Ikollu S-Summer Body Dan Is-Sajf…" – Matthew Sant Sultana Solvielek Il-Problema

Huma ħafna dawk li s-sajf għalihom iġib sens ta’ sagrifiċċju minn xhur qabel jibda biex igawduh kif jixtiequ. Huwa staġun li apparti t-temp sħun immens li jġib miegħu, joħloq paniku u stress kbir f’ħafna minna, hekk kif inkunu rridu li jkollna dak il-ġisem perfett għal meta mmorru ngħumu. 

Jista’ jkun li hawn min ma rnexxilux jilħaq l-għan li xtaq… tinkwetaw xejn! Matthew Sant Sultana solvielek din il-problema b’ €2.50 kollox! Flokk li fuqu juri ġisem mill-isbaħ mingħajr sagrifiċċji u ħafna tbatija!

“Għal min forsi ma rnexxilux ikollu s-Summer Body dan is-sajf, għax-xitwa qed inbigħ dawn bit-2.50… għal min jitħajjar jibgħatli messaġġ privat.” X’taħseb minn din is-soluzzjoni? Titħajjar? 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI