Diversi Nies Qed Ikollhom Jistennew Jiem Qabel Jagħmlu T-Test Tal-Covid-19

Wasslulna diversi rapporti mingħand numru ta’ nies li ċemplu l-linja 111 sabiex jagħmlu s-swab test għall-Covid-19. Jidher li bħalissa hemm stennija biex wieħed jagħmel dan it-test u kull min qed jitlob li jagħmel it-test qed ikollu jistenna diversi jiem qabel ma jkun jista’ jmur għat-test.

Gwida.mt għamel kuntatt mad-dipartiment tas-saħħa u sal-ħin li nkiteb dan l-artiklu konna għadna ma rċevejna ebda risposta. Hu mifhum li d-domanda ta’ dawk li jixtiequ jagħmlu t-testijiet f’dawn l-aħħar jiem żdiedet minħabba li kien hemm diversi każijiet ġodda f’pajjiżna f’attivitajiet tal-massa.

Infatti dawk kollha li kienu jinsabu f’xi attività jew oħra, kienu mħeġġa li jagħmlu t-test. Għamlu kuntatt magħna persuni li ġew mogħtija appuntamenti għal erbat ijiem jew ħamest ijiem wara u kien hemm anke min staqsewh hux interessat li jitla’ Għawdex biex jagħmel it-test.

Facebook / Chris Fearne







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI