L-attriċi u preżentatriċi lokali Christine Haber mhux l-ewwel darba li tkellmet dwar is-sitwazzjoni preżenti. Bħal kull omm oħra, uriet it-tħassib tagħha dwar ir-ritorn lura lejn l-iskola speċjalment minħabba li hi wkoll għalliema. Hi wriet it-tħassib tagħha mill-bidu tal-pandemija u kemm-il darba flimkien ma’ ommha wrewna l-proċess li jgħaddu minnu kull darba li jmorru l-istudjo.
Christine kitbet ittra mitfuħa lill-Professur Charmaine Gauci, “Ħdimna mil-qrib kemm-il darba. Dejjem kelli stima u rispett lejk. Però inħoss li abbandunajtna. Din mhix kwistjoni politika u s-saħħa tal-poplu għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox. Appellajt għas-sens komun … Sfortunatament hawn ħafna min m’għandux … Allura għalfejn għandna noqogħdu għall-ħniena tan-nies bla sens komun, meta aħna ilna magħluqin f’darna minn Marzu?”
Hi tkompli tgħid, “Jeħtieġ li l-awtoritajiet jieħdu l-miżuri meħtieġa illum qabel għada għaliex dawn l-imwiet mhuma xejn ħlief riżultat ta’ rjus imwebbsa u għalabiebiżmu sfrenat. Dejjem tieghek, waħda mil-poplu.”
Hawn diversi nies li qed jiddiskutu dan il-fatt! Għada nistennew x’għandha xi tgħid il-Professur Gauci hekk kif ta’ kull ġimgħa tagħti rendikont dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżna. Din id-darba ħa tkun qed titkellem għall-ewwel darba minn meta lħaqna numri rekord f’pajjiżna.
Facebook / Christine Haber