Il-gazzetta Ingliża Express, ġabet artiklu dwar esperjenza ta’ xi turisti li ġew malta għal vaganza. It-turisti qasmu l-esperjenza tagħhom fuq TikTok biex jiddeskrivu dak li raw meta marru Bejn il-Kmiemen (Blue Lagoon).
“Dan Blue Lagoon jew Lagoon Tan-Nies?” huma qalu f’filmat li tellgħu fuq TikTok. “L-ammont ta’ nies li hawn qas jitwemmen.” L-artiklu ġab ukoll diversi kummenti tan-nies fejn qablu li meta marru huma, ma ħadux pjaċir bl-ammont esaġerat ta’ nies.
Kien hemm xi nies oħrajn fejn qalu li Bejn il-Kmiemen ikun ferm isbaħ f’xhur oħrajn inqas popolari mat-turisti.