Bil-Filmat: "Grazzi Lill-Membri Kollha Tal-Korp Tal-Pulizija… Li Għażiltu Din Il-Karriera" – Il-Kummissarju

Illum 12 ta’ Lulju, għall-maġġoranza hija ġurnata normali. Iżda mhux l-istess għall-korp tal-Pulizija, li f’dan il-jum jiċċelebraw Jum il-Pulizija. Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa f’messaġġ li għadda fuq il-paġna The Malta Police Force, irringrazzja lil dawk kollha li għażlu din il-karriera.

Din hija karriera għas-servizz taċ-ċittadini, li “fosthom hemm ħafna ħafna tajjeb u li ‘a bażi’ tiegħu, irridu nġeddu l-korp għaż-żmien li ġej”, enfasizza l-Kummissarju.





Iżda l-Kummissarju fakkar ukoll lilna ċ-ċittadini li għandna s-sehem tagħna x’nagħtu; sehem permezz ta’ dixxiplina li biha finalment igawdi l-poplu kollu.

“Fuq kollox irridu nkunu msieħba ta’ xulxin fix-xogħol, biex nipprevenu l-kriminalità”, aċenna l-Kummissarju.

Minn qalbna nawguraw u nirringrazzja lill-pulizija kollha tal-ħidma kbira li jwettqu!

Ritratt: Facebook/ The Malta Police Force



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI