Illum Eileen Montesin tellat filmat fuq instagram fejn tenniet li kienet qed tistenna lil Christine u lil Francesco jlestu mill-‘filming’ biex juruha xi ‘tips’ dwar instagram.
“Għax meta tikber, iddum ftit ma tidrahom ċerti affarijiet u meta tkun tfal, malajr tidrahom l-affarijiet”, saħqet Eileen.
Qalet li qed tesperimenta ftit kif itella’ filmat u li skopriet li l-aħjar tuża l-kamera ta’ instagram stess għax kien qed jirriżulta li kienet qed itella’ filmati u jidher it-tmiem biss!
Eileen ħelwa wisq bħal dejjem! Żgur li se jgħinuk Christine u Francesco u se nibdew naraw il-filmati tiegħek fil-‘my story’ wkoll.
Ritratt: Instagram/ Eileen Montesin