“F'Ħakka T'Għajn Ħruq U Wġigħ Qisu Xi Ħadd Isammarlek Idejk Fuq Kaxxa Pins” – Xi Ġralu Ludwig Galea?

Il-kantant Ludwig Galea qasam dak li ġralu lbieraħ ma’ sħabu fuq Facebook. Dawk kollha delettanti tal-baħar forsi jgħidu konna nafu, iżda dawk li ma tantx huma midħla tal-baħar, dan l-artiklu taf iservi biex wieħed jitgħallem u ma jiġrilux bħal Ludwig.

Ludwig jgħid, “Il-bravu Ludwig ra busuf ikkulurit u qabdu b’idu biex jurih lit-tfal. F’ħakka t’għajn ħruq u wġigħ qisu xi ħadd isammarlek idejk fuq kaxxa pins. Il-“Bugħaddas” ħasbu ħniex… ma kontx naf li busuf sakemm ħabib tiegħi qalli biex inneħħih immedjatament però kien diġà troppo tardi.”

Fil-kummenti, diversi nies awgurawlu fejqan ta’ malajr. Oħrajn ikkummentaw li din is-sena raw iktar busuf mis-soltu. Tajjeb li wieħed joqgħod attent – ħudu ħsieb!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI