Studju internazzjonali mniedi minn InterNations li ipparteċipaw fih madwar 12,500 ruħ jiddikjara lil Malta bħala wieħed mill-agħar pajjiżi għall-barranin sabiex jiġu jgħixu fih.
Flimkien mar-Renju Unit, l-Irlanda, l-Italja, n-Norveġja, l-Kanada, l-Ġermanja, l-Finlandja, t-Turkija u anke l-Kuwait, il-gżejjer Maltin ikklassifikaw fl-aħħar f’lista tal-aktar 50 pajjiż ideali għall-persuni li qed ifittxu li jmorru jgħixu f’pajjiż barrani.
F’dan l-istudju, Malta kklassifikat fis-46 post, b’InterNations jisħqu li dan ir-riżultat huwa kkawżat minħabba problemi finanzjarji personali li jaffaċjaw il-barranin meta jiġu jgħixu f’pajjiżna.
10 Worst Countries for Expats in 2024
1.🇰🇼 Kuwait
2.🇹🇷 Türkiye
3.🇫🇮 Finland
4.🇩🇪 Germany
5.🇨🇦 Canada
6.🇳🇴 Norway
7.🇮🇹 Italy
8.🇲🇹 Malta
9.🇮🇪 Ireland
10.🇬🇧 UK(InterNations, 2024 Expat Insider Survey)
— World of Statistics (@stats_feed) September 5, 2024
Kien hemm reazzjonijiet diversi għal dan l-istudju.
Intom taqblu ma’ dan ir-riżultat?