Ilbieraħ intlgħabet il-partita bejn Olympique Marseille u Nice fil-lig Franċiż, imma din il-logħba kellha tiġi abbandunata.
Dan wara li partitarju ta’ Nice waddab flixkun fuq Dimitri Payet, player ta’ Marseille, u Payet irritalja billi waddab il-flixkun lura fuq il-partitarji. Wara li għamel dan, kaos kbir inħoloq fil-grawnd għax il-partitarji niżlu fuq il-pitch u nqabdet ġlieda bejniethom u bejn il-players u l-istaff tal-Marseille.
Il-partita kienet għaddeja bl-iskor ta’ 1-0 għal Nice imma minħabba li l-partita ġiet abbandunata, Nice ingħataw ir-rebħa bl-iskor ta’ 3-0 imm għadhom iridu jsiru xi investigazzjonijiet sabiex jaraw x’ser tkun il-konkluzjoni dwar ir-riżultat.