Meta tmur tiekol mal-ħbieb jew mal-familja ġo xi restorant, żgur ma tgħaddi minn moħħ ħadd li jkun hemm persuna f’periklu kbir li jivga u jmut. Pero hekk ġara lbieraħ, u li kieku ma kienx Gordon Bonello dan il-bniedem ma kienx jgħix!
Illbieraħ waqt li Gordon u xi ħbieb tiegħu fosthom l-artista tal-‘make-up’ Diane Nikolic kienu ġo restaurant, ġew wiċċ imb’wiċċ ma’ sitwazzjoni li sfortunatament mhux kulħadd ikun jaf kif jaffaċċjaha. Waqt li kienu qed jieklu kien hemm persuna li f’daqqa waħda beda jivga.
Kulħadd kien maħsud fuq dan li ġara imma Gordon kien jaf x’kellu jagħmel f’sitwazzjoni bħal din u ħa azzjoni minnufih. Infatti bis-saħħa tiegħu dan il-persuna salva!
Proset Gordon!