Mhux l-ewwel darba li stilla mondjali tagħżel li tilbes libsa ta’ Charles u Ron. Aktar kemm jgħaddi ż-żmien, aktar qed tiżdid il-popolarità tagħhom barra minn xtutna.
Issa kien imiss lil Tabitha Brown, personalità popolari ħafna fl-Amerika. Tabitha għandha 2.8 miljun followe fuq il-profil ta’ Instagram tagħha, filwaqt li miljun u nofs utent isegwieha fuq Facebook.
View this post on Instagram
Fi 15-il siegħa li ppublikat il-libsa ta’ Charles u Ron ġabret madwar 130 elf like fuq il-mezzi soċjali tagħha. Tabitha hija wkoll attriċi u magħrufa ħafna għad-diskors li tagħmel fuq il-meżżi soċjali rigward il-ħajja ta’ vegan
Għal darb’oħra proset Charles u Ron!