"X'Sena Kienet, Imma Rnexxieli!" – Il-Kantanta Lokali Esther Spiteri Ħa Tigradwa Fil-Masters Tal-Benessri Mentali Fit-Tfal U L-Adoloxxenti

Wasal perjodu fejn nibdew naraw bosta studenti jlestu l-korsijiet tagħhom speċjalment dawk li jkunu għamlu l-Masters. Xi ħaġa sabiħa li wara ħidma twila tara l-frott! 

Waħda mill-istudenti li waslet biex tigradwa hi l-kantanta lokali Esther Spiteri, li għadna kemm rajnieha waqt il-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2024 fost l-oħrajn. Esther lestiet kors fil-Masters tal-Benessri Mentali fit-Tfal u l-Adoloxxenti. 





Tinsab grata immens għall-appoġġ li rċeviet tul il-vjaġġ speċjalment mingħand ħbieb, kollegi u familjari. “X’sena kienet, imma rnexxieli!…  Ma kinitx triq faċli iżda sodisfaċenti u xierqa!”

Prosit u Awguri mill-qalb Esther!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI