Jidher li l-baħar Malti qed jesperjenza rekord ta’ mewġa ta’ sħana hekk kif it-temperaturi tal-baħar qed jitilgħu ġmielhom. Dawn it-tip ta’ mewġiet iseħħu meta temperaturi tal-baħar aktar sħan ‘il fuq mill-medja klimatoloġika jippersistu għal aktar minn ħamest ijiem konsekuttivi. Dak li qed jiġri bħalissa f’Malta u Għawdex, speċjalment lejn Marsalforn u x-Xlendi.
Skont kif ikkonferma professure mill-Universita ta’ Malta, normalment fix-xahar t’Awwissu t-temperatura tal-baħar tkun ta’ madwar 28°C, iżda bejn Lulju u Awwissu ta’ din is-sena t-temperatura telgħet sa viċin it-30°C. Fl-aħħar sentejn it-temperaturi tal-baħar kienu madwar 27.10°C fl-2020 u 27.45°C fl-2019.
Fl-2017 wkoll kellna temperatura tal-baħar għolja, imma din is-sena jidher li ippersistiet għal ġimagħtejn.
Int kif qed tħossu l-baħar fl-aħħar jiem?
Instagram/ ekijeki