“Jiena Kelli Kanċer Tas-Sider B’mod Aggressiv Kwazi 4 Snin Ilu … Illum, Grazzi Għall-Kura U S-Sapport Li Sibt Jien Ninsab Imfejqa” – Puttinu Cares

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ persuna li rebħet il-battalja tagħha kontra l-kanċer.

Hi bdiet billi qalet, “Meta tkun għaddejja mill-marda tal-kanċer ma tkunx qed tgħix ħajja faċli, anzi ħajja mimlija tbatija. Jiena kelli kanċer tas-sider b’mod aggressiv kwazi 4 snin ilu.”

Żiedet, “Illum, grazzi għall-kura u s-sapport li sibt jien ninsab imfejqa. Fil-Ġimgħa l-Kbira aħseb f’Puttinu ħalli tfal u nies li għaddejjin minn din il-battalja jkunu jistgħu jsibu l-fejqan u l-għajnuna bħali.”

Ninsabu kuntenti immens għalik li rbaħt din il-ġlieda! Ejjew nhar il-Ġimgħa l-Kbira naħsbu lkoll f’Puttinu!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI