X'Temp Qed Nistennew Għal Għada? – Aġġornament Tat-Temp

Il-paġna tal-aġġornament tat-temp ‘Malta Weather’ ħabbret it-temp li qed nistennew għal għada t-Tnejn 23 t’Awwissu 2021.

Għal għada “it-temp mistenni jkun il-biċċa l-kbira bnazzi u b’riħ mill-Punent forza 2 għal 3.” L-inqas temperatura għal għada għandha tinżel għal 24°C waqt li l-ogħla temperatura għandha titla’ għal 33°C.

Għalkemm mhux għaddejjin minn mewġa oħra tas-sħana, xorta waħda għandkom tipproteġu ruħkom u tevitaw il-ħinijiet ta’ waranofsinhar fejn fihom ix-xemx tkun l-aktar qawwija!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI