Qed tiġi organizzata attività li l-għan tagħha hu wieħed mill-isbaħ! Il-flus miġbura minn din l-attività ħa jkunu qed imorru għat-tfal segwiti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali.
Ngħiduha kif inhi, ftit huma li ma jħobbux il-ftira Maltija bit-tonn taż-żejt. B’żewġ ewro (€2) biss wieħed jista’ jgawdi din il-ftira Maltija u l-flus ikunu qed jgħinu lil dawn it-tfal.
Dawk li jaħdmu f’xi kumpaniji kbar jew inkella jixtiequ jagħmlu xi ordnijiet kbar, jistgħu jikkuntattjaw lil Clayton Cauchi li qed imexxi din l-inizjattiva sabiex jagħmlu l-ordni tagħhom.
Min ħa jagħmel ordnijiet ta’ aktar minn għaxar ewro (€10) jista’ jirċievi l-ftajjar b’xejn jew inkella wieħed jista’ jiġborhom mill-Aġenzija Appoġġ.
L-appell tagħhom hu wieħed ċar, “għinuna ngħinu.”