Donnhom il-politiċi f’pajjiżna bdew jippreparaw għall-elezzjoni ġenerali. Elezzjoni li għalkemm għadha ma tħabbritx, kulħadd jaf li tinsab fil-viċin. Ġeneralment din isir fl-istess perjodu li tkun saret fih ħames snin qabel, sa sitt xhur qabel jew wara, skont dak li jkun hemm bżonn u li l-gvern preżenti jidhirlu li hu għaqli.
Il-preżentatriċi Moira Delia li ta’ spiss tesprimi l-imħabba kbira tagħha lejn l-annimali u tgħin f’kull ħaġa li tista’ tellgħat status li ġibidilna l-attenzjoni. Hi qalet, “Ġejja elezzjoni. It-telefonati ta’ ‘Għandekx bżonn xi ħaġa’ bdew. Lili tirbħuni biss meta ssaħħu l-liġijiet tal-annimali u meta tonoraw (mhux twegħdu biss) il-proposti tal-annimali li ilkom tafu bihom snin twal.”
Tqajjem punti interessanti ferm u li żgur li dawk li jgħożżu l-annimali jaqblu magħha!
Facebook / Moira Delia