Il-preżentatur Alfred Zammit għadu kif ħabbar u żvela li Kalamita ser ikun qed jirritorna għal darb’oħra minn Ottubru li ġej!
Alfred kiteb dan fuq il-profil tiegħu hekk kif ħabbar li flimkien ma’ sħabu ħa jkun qed itella’ sensiela oħra. “Ix-Xandir huwa hajti u f’Ottubru li gej flimkien ma shabi lura b’Kalamita u sorprizi ohra . Nibqa mpressjonat bil-qawwa ta’Kalamita fejn hafna kumpaniji jitkellmu mieghi kemm ihossu n-nuqqas ta bejgh minghajr Kalamita..”
It-telespettatur tassew ikunu qed jistennewh dan il-programm, u kif ikkonferma Alfred stess, “nimlew darhom u qalbhom ghax il-Kariżma tagħna hija bla limitu.” Lesti għal edizzjoni oħra ta’ Kalamita?!