Fotografu Iħassar Ir-Ritratti Tat-Tieġ Ta' Koppja Apposta – Għaliex Wasal Jagħmel Dan?

Fotografu qajjem dibattitu fuq il-midja soċjali wara li staqsa jekk kienx żbalja meta ħassar ir-ritratti tat-tieġ li ġibed hu u sħabu wara li l-koppja rrifjutaw li jagħtuhom daqsxejn ta’ brejk qasir biex jieklu.





Tajjeb li ngħidu li din l-istorja ġrat lil hinn minn xtutna, u l-persuna li ħa r-ritratti ma kienx fotografu professjonali, iżda jaħdem bħala groomer tal-klieb, però tqabbad minn ħabib tiegħu biex jieħu r-ritratti għal din l-okkażjoni speċjali.



Wara li li ttieħdu r-ritratti matul iċ-ċerimonja u r-riċeviment, il-fotografu kien ħerqan li jieqaf jiekol u jieħu pawża. Madankollu, l-għarusa ċaħdet t-talba. “Qaluli li ma nistax nieqaf niekol għax għandi bżonn inkun fotografu. Fil-fatt, ma żammulix post fuq l-ebda mejda,” qal il-fotografu fuq il-midja soċjali.

L-għarus qal ukoll lill-fotografu li ma setax jitlaq biex jieħu l-ikel.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI