Is-San Ġwann Scouts Troop Section għamlu ġest mill-isbaħ fi żmien il-Milied fejn ġabru donazzjoni kbira għal Puttinu Cares wara li biegħu ikel li sajru. Il-paġna tal-Facebook ta’ Puttinu Cares tellgħu post dwar dan il-ġest tant sabiħ.
“San Ġwann Scouts Troop Section għamlu proġett mill-isbaħ!” huma kitbu. “Waqt żewġ ijiem sħaħ, ġabru ikel u użawh biex isajru ikel bħall-cupcakes, gingerbread, cookies, coconut balls, u Christmas logs.”
“Imbagħad, biegħu dawn ħdejn il-knisja ta’ San Ġwann flimkien ma’ car boot sale u ġabru somma fenomenali ta’ €3,100 għal Puttinu Cares!”
“Proset kbira lil kulħadd li għamel dan kollu possibbli!”
Facebook/Puttinu Cares