Sfortunatament fuq il-paġna Armani u l-Klikka tħabbar li l-avveniment li kien ħa jsir għada l-ġimgħa kellu jitħassar wara li d-dj Denzel Jo Armani rriżulta pożittiv.
“Ninsabu inkredibbilment diżappuntati waqt li nħabbru li l-avveniment Shades in the Dark ta’ din il-Ġimgħa se jkollu jiġi pospost għal aktar tard dax-xahar. Dan minħabba li Denzel Jo Armani rriżulta pożitti tal-Covid-19.”
Huma jkomplu jgħidu li ħadu din id-deċiżjoni biex jissalvagwardjaw is-saħħa tal-kru kollu u ta’ dawk kollha li kienu se jkunu preżenti. L-istqarrija tagħhom qiegħda hawn taħt. Nittamaw li jirkupra ma jdumx! Ħu ħsieb Denzel!