Illum għal għeluq snin Ray Abdilla, l-attriċi ċkejkna Leah Mifsud kitbet messaġġ ta’ ringrazzjament biex tawgura lill-għalliem tagħha. Ħafna forsi jgħarfuha mill-parti tax-xadina li kienet għamlet waqt il-pantomima t’Aladdin f’Diċembru li għadda!
“Grazzi ħafna talli int mentor tal-ġenn u grazzi għas-sapport kollu li dejjem tagħtini u talli emmint fija mill-ewwel jum,” bdiet Leah. “Li naħdem taħt id-direzzjoni tiegħek dejjem kienet ta’ pjaċir u esperjenza ta’ tagħlim għalija. Nittama li xi darba naqsam il-palk jew l-iskrin miegħek.”
Leah spiċċat il-messaġġ tagħha billi qalet: “Irrid nawguralek jum l-imbierek f’għeluq sninek… Awguri Raymondo.”
Għal darb’oħra awguri Ray u prosit Leah tal-kliem sabiħ!
Facebook/Leah Mifsud