Gwida.mt jinsab f’pożizzjoni li jikkonferma li ġewwa n-Naxxar, eżattament fi Vjal 21 ta’ Settembru cables tad-dawl ħadu n-nar. Fuq il-pos waslu l-pulizija u hemm ukoll il-protezzjoni ċivili bil-vetturi tat-tifi tan-Nar.
Mhux magħruf jekk in-nar qabadx minn xi ħsara li kien hemm jew inkella kawża tal-maltempbata li għamlet fuq il-gżejjer Maltin. Bħalissa r-residenti ta’ dik it-triq u possibbilment residenti oħra ġewwa n-Naxxar jinsabu bla dawl.