"Ħalliena L-Ħabib Tagħna Lino Farrugia Sacco. Bniedem Li Ta Ħafna Lill-Isport Malti." – Strieħ Fis-Sliem

Għadu kif tħabbar li ħalliena l-eks President tal-Kumitat Olimpiku Malti u l-imħallef Emeritus Lino Farrugia Sacco. Magħruf ukoll bħala eks President tal-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tennis.

Għadd ta’ personalitajiet li kienu jafuh anke mill-viċin sellmu l-memorja tiegħu u faħħruh fil-ġid kollu li għamel fil-gżejjer Maltin l-aktar f’dak li hu sport. Clifton Grima jiktiblu, “Ftit tal-mumenti ilu ħalliena l-ħabib tagħna Lino Farrugia Sacco. Bniedem li ta ħafna lill-isport Malti. Strieħ fis-sliem ħabib.”





Il-Ministru Ian Borg ukoll sellem il-memorja tiegħu u semma l-ħidma mill-viċin li kellu x-xorti jkollu. “Insellem il-memorja ta’ Lino Farrugia Sacco. Ħdimna flimkien meta servejt bħala Ministru tal-Artijiet u huwa kien Chairman tal-istess Awtorita’. Kondoljanzi lill-familja kollha.”

Kondoljanzi lill-familja, qraba u ħbieb. Strieħ fis-Sliem.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI