Permezzta’ kitba ħelwa fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Ftit Minn Kollox qasmu mas-segwaċi tagħhom 3 ingredjenti sempliċi li lkoll nistgħu ninkorporaw fir-riċetta ta’ kuljum tagħna biex id-dinja tagħna u tal-oħrajn tinbidel għall-aħjar.
Huma qalu, “In-nannu tiegħi Alla jaħfirlu dejjem nisimgħu jgħid li ftit li xejn hemm bżonn biex id-dinja tinbidel għall-aħjar. Kien iħobb isemmi tliet affarijiet: teduka tajjeb lil uliedek, tkun onest (mhux qaddis imma onest), u tgħin lil min jiġi bżonnok.”
Temmew billi qalu wkoll, “Kien kliem sempliċi ta’ bniedem mingħajr skola, li rnexxilu jifhem l-iżjed valuri importanti. Għadda kważi nofs seklu u dak il-kliem għadu prezzjuż.”