Smajtu X'Ġara F'Għawdex Ilbieraħ? – Ħudu Ħsieb Saħħtikom!

Jekk dalgħodu kmieni jew ilbieraħ xammejtu riħa stramba madwar Għawdex, din kienet riħa ta’ fiberglass. Importanti li wieħed jieħu ħsieb jagħlaq it-twieqi tiegħu. Il-paġna Temp Madwarn ħabbret dan aktar kmieni dalgħodu.





L-aħbar pożittiva hi li “fi ftit ħin ieħor r-riħ ser idur u ser jgħin biex titnaddaf ftit l-arja tqila li tinsab bħalissa f’diversi lokalitajiet Għawdxin. Ir-riħ wassal biex d-duħħan u r-riħa waslet biex diversi lokalitajiet Għawdxin intlaqtu direttament minn din ir-riħa.”

Jidher li dan ġie kkawżat li ħruq ta’ dgħajda. Il-paġna wriet is-solidarjetà ma min ġratlu xi ħsara u indikat ukoll, “ma jidhirx li hawn periklu fl-arja.” F’dan l-inċident jidher li ma’ weġġa’ ħadd, iżda xi nies ġew mogħtija l-għajnuna minħabba xi duħħan li belgħu.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI