Janvil u Jade kienu fost il-mistiedna tal-programm ippreżentat minn Malcolm Pisani, D BBQ Show! Il-missier u l-bint spiċċaw fi sfida kontra xulxin fuq il-programm tat-tisjir. Waqt il-programm Janvil irrakkonta xi ġralhom waqt il-festival Mużika Mużika.
Din kienet l-ewwel darba li l-bint u l-missier qed ikantaw flimkien f’kompetizzjoni u xi ħaġa ried jiġri biex żgur jibqgħu jiftakru din il-wirja. Janvil jgħid li hu u ħiereġ fuq il-palk, jirrealizza li l-mant li neħħiet Jade weħel ma’ antaċċola fil-parti t’isfel tal-libsa.
Hu jistqarr li dak il-ħin ippanikkja xi ftit, bejn għax ridt jaqla’ l-mant minn mal-libsa ta’ Jade, bejn għax irid jagħmel dan bla ħadd ma jinduna u wkoll għax ridt jiftakar il-kliem tiegħu tal-kanzunetta. Jade ma ndunatx x’ġara allura ma xtaqtx li jippanikkja lilha wkoll.
B’xorti tajba, il-mant resqu b’saqajh u nqala’ mill-ewwel! Jekk wieħed jara l-filmat t’hawn taħt tindunaw eżatt fejn ġrat din il-biċċa!