Il-grupp Malti tal-ġeneru Metal, għadhom kemm ħarġu cover akustika ġdida tad-diska tagħhom stess bl-isem ta’ Nemesis mill-album ta’ suċċess kbir, Our Own Demise. Din il-verżjoni akustika għamluha wara li Nemesis ntlaqtet tajba ferm man-nies u ħassu l-ħtieġa li joħorġu verżjoni differenti.
Flimkien mal-cover huma ħarġu music video ukoll, iżda dan il-video għal ewwel darba ġie dirett u prodott mill-membri tal-band stess b’ħafna dedikazzjoni, paċenzja u xogħol. Dan il-music video ġei miġbud ġewwa l-kampanja Slovena fejn il-banda bħalissa qed jgħixu.
Il-kanzunetta tirrifletti dwar kif il-bnedmin għamel tant ħsara lill-pjaneta u issa qed inġarrbu l-konsegwenzi. Araw il-video hawn taħt:
Facebook/Decline The Fall