"Għal Dejjem Ta' Dejjem L-Anġlu Tiegħi Emily. Dejjem Inġorrok Miegħi." – Vanessa Tiżvela Tpinġija Mill-Isbaħ

Vanessa, omm iċ-ċkejkna Emily li ħalliet din id-dinja kmieni din is-sena żvelat fuq il-mezzi soċjali tpinġija mill-isbaħ. Tpinġija li għamlet sabiex tfakkar lill-għażiża Emily u ġġorrha magħha kull fejn tmur.

It-tpinġija kif tistgħu taraw hawn taħt turu siluwett ta’ omm tħaddan tarbija bil-ġwienaħ u b’isem Emily taħtha. Emily serqet il-qlub ta’ ħafna u ħafna nies u kienet aħbar li ħasdet ħafna Maltin kif ġie mħabbar li Emily ħalliet lil din id-dinja.

Kuraġġ Vanessa ninsabu ċerti li Emily qiegħda tħares kuljum u tinsab miegħek fl-ispirtu.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI