Ftit jiem ilu tħabbret l-aħbar li Polly, omm Hector Bruno marret tiltaqa’ mal-ħallieq. Kienu bosta l-kummenti li wrew dispjaċir għal din il-mara tant dħulija. Polly tiġi wkoll in-nanna tal-kantanta bravissima Laura Bruno.
Waqt il-funeral, Laura sellmet lin-nannitha billi kantatilha. Filmat emozzjonali ferm li juri l-kapaċitajiet ta’ din il-kantanta. “Żgur li qed titbissem fil-ġenna Nan meta smajtni inkanta fil-funeral tiegħek ilbieraħ. Nispera li ommi u n-nannu kienu qed jitbissmu wkoll” tgħid Laura.
Ara lil Laura tkanta HAWN
Proset Laura!
