Għalkemm bħalissa f;diversi bliet Sqallin jidher li hemm maltempati sew, osservaturi tat-temp f’Malta qed jgħidu li ma tidhirx li hemm possibbiltà li dan il-maltemp se jersaq fuq il-gżejjer Maltin.
Il-maltemp qed jidher miż-Żebbuġ u x-Xagħra ġewwa Għawdex iżda xorta waħda mhux se jilħaqna. Malta se tibqa taħt influenza ta’ pressjoni għolja li jfisser temp bnazzi u mhux xitwi.
Il-paġna Aġġornamnet tat-temp tgħid li għada wara nofsinhar ir-riħ se jqum forza 6. Huwa mistenni ukoll li se jkun hemm xi tibdil fit-temp mill-ġimgħa d-dieħla iżda xejn mhu jindika maltempati s’issa.
Facebook/Aġġornamnet tat-temp