Il-kantanta Gloriana Arpa Belli qasmet ritratt ta’ rigal speċjali li żewġha xtara lil bintu għal San Valentinu. San Valentinu hu jum li jiċċelebra l-imħabba u għalkemm hu jum meqjus għall-maħbubin, nistgħu ngħidu li f’ħajjitna hemm ħafna nies oħra li nħobbu u li jħobbuna lura anke jekk ma ninsabux f’xi relazzjoni.
Aurelio, ir-raġel ta’ Gloriana ħaseb li jibda San Valentinu kmieni u ġab rigal lil bintu. Min jaf jekk hux ħa tkun qed tirċievi xi rigal Gloriana wkoll aktar ‘il quddiem. B’ċajta qasmet ritratt tar-rigal li Aurelio għaddha lill-għażiża binthom u qalet, “nissoponi li nista’ ninsa xi rigali ta’ San Valentinu għalija nnifsi minn issa ‘l quddiem.”
Facebook / Gloriana Arpa Belli