Mauro Jaħbat Bil-Karozza U Jispiċċa F'Siġġu Tar-Roti Imma…

Wieħed mill-kontestanti li kien hemm din il-ġimgħa fuq Tough Luck kien Mauro Kitcher. Mauro huwa hairdresser li mar fuq Tough Luck biex jirbaħ kamra tas-sodda. L-istorja ta’ Mauro teħodna lura għal meta kellu 17-il sena. Dik is-sena Mauro kellu inċident ikraħ bil-karozza fejn il-bieba tal-karozza spiċċat daħlet fil-pelvi tiegħu. 





Ritratt The Photographer / Tough Luck / Facebook

Dak il-ħin tal-inċident ommu kienet qed tistennieh imma meta qabeż ħafna l-ħin qalbha ħebritha li kien ġara xi ħaġa.

“Meta ħbatt ma ndunajtx li weġġgħajt, imma xħin pruvajt inqum, bdejt inħossni ninġibed lura u rrealizzajt li hemm xi ħaġa mhux f’postha” – Mauro.

Meta ħaduh l-isptar, lil Mauro qalulu li għandu 98% diżablità u kellu juża siġġu tar-roti. “Il-fatt li tiġi dipendenti minn ħaddieħor ma kinitx xi ħaġa sabiħa għalija” jgħid Mauro.

Mauro żied jgħid li “Ma kinitx sena faċli, niddependi fuq ħaddieħor. Dik il-ħaġa li n-nies jafuk mod u issa mod ieħor… għedt fil-wheelchair mhux posti”.

B’determinazzjoni liema bħala Mauro jirbaħ l-isfida miegħu nnifsu u jerġa’ jqum fuq saqajh. “Jien għedt irrid niġi nimxi la kien hemm il-possibilità li niġi nimxi.” – Mauro

Nawgurawlek Mauro kull suċċess.

Mauro Kitcher / Facebook



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI