Il-pulizija f’Londra qiegħda tfittex raġel li dan froda anzjana ta’ 90 sena billi offrila vaċċin falz tal-Coronavirus u talabha £160 bħala ħlas sabiex ikun jista jagħtiha dan il-vaċċin.
Apparti dan, ir-raġel qed jgħid li dan huwa ħaddiem għall-NHS, is-servizz nazzjonali tas-saħħa fl-Ingilterra. Huwa kkonvinċiha wkoll li l-ammont ta’ flus li ħallset għall-vaċċin ser jiġi mrodd lura lilha mill-NHS

L-NHS stqarret li l-ebda tip ta’ ħlas mhu ser jiġi mitlub biex jingħata l-vaċċin.
Ritratt / City of London Police