“Meta Nilbes Maskra Fil-Pubbliku U Fil-Ħwienet, Irridek Tkun Taf Li…” – Prof. Charmaine Gauci

Fuq il-midja soċjali l-Professur Charmaine Gauci ċċarat xi affarijiet dwar l-ilbis tal-maskra li huwa ferm importanti li wieħed dejjem iżomm f’moħħu.





“Meta nilbes maskra fil-pubbliku u fil-ħwienet, irridek tkun taf li…



    • Jien edukata biżżejjed biex inkun naf li nista’ nkun bla sintomi u xorta nagħtik il-virus.
    • Le, jien ma “ngħix fil-biża” tal-virus; Irrid biss li tkun parti mis-soluzzjoni, mhux il-problema.
    • Ma nħossx li l-“gvern jikkontrolla lili”. Inħoss li jien adulta li nikkontribwixxi għas-sigurtà fis-soċjetà tagħna u rrid ngħallem lil oħrajn jagħmlu l-istess.
    • Kieku kollha ngħixu bil-konsiderazzjoni ta’ ħaddieħor f’moħħna, id-dinja kollha tkun post ferm aħjar.”

  • “Li tilbes maskra ma jagħmilnix dgħajfa, mbeżża’, stupida jew saħansitra “kkontrollata”. Jagħmilni caring.
  • Meta taħseb dwar id-dehra, l-iskumdità tiegħek, jew l-opinjoni ta’ nies oħra minnek, immaġina lil xi ħadd li tħobb – it-tifel/tifla, missier, omm, nannu/a, zija, ziju jew anke barrani – imqiegħed fuq ventilatur, waħdu mingħajrek jew mingħajr xi membru tal-familja.
  • Staqsi lilek innifsek jekk stajtx tgħinhom ftit waqt li liebes jew lies maskra.”

Facebook/Charmaine Gauci

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI