Illum qed jiċċelebraw l-anniversarju tagħhom il-koppja verament ħelwa, Malcolm u Angele Galea. Malcolm huwa kittieb, direttur, produttur u attur filwaqt li Angele hija direttur, produttur, direttriċi, attriċi u preżentattriċi. Flimkien, huma għandhom żewġ subien.
Kulħadd jaf kemm Malcolm iħobb ikun umoristiku u għalhekk ma kenitx se tkun sorpriża li l-messaġġ li kiteb fl-anniversarju kien kemmxejn umoristiku ukoll!
“Tmintax-il sena ilu jien u Angele Galea tfaċċjajna fil-Knisja Ta’ San Girgor, iż-Żejtun għal tieġ ta’ malajr u llum kaxkarna lis-subien tagħna hemmhekk għal selfie saħansitra aktar veloċi,” hu kiteb. “Insomma, kieku kelli l-għażla, nerġa’ nagħmel dan kollu mill-ġdid.”
Awguri!
Facebook/Malcolm Galea/ Angele Galea