Mr. World Malta Alex Borg għadu kemm ħalla messaġġ għall-ħuh hekk kif illum beda vjaġġ ġdid ġewwa l-Università, pass ieħor ‘il quddiem fil-ħajja akkademika tiegħu. Alex jikteb li dan hu jum speċjali għal ħuh David.
“Is-sena li għaddiet kienet sena diffiċli għal ħija u studenti bħalu, għall-fatt li l-lezzjonijiet kellhom isiru ‘online’ minħabba l-pandemija. Nawgura lill-istudenti Maltin u Għawdxin li f’dawn il-ġranet qed jirritornaw lura għall-iskola.”
Alex jieħu ħsieb jawgura lill-edukaturi wkoll f’dan il-jum importanti. Kif tafu dan huwa jum li jġib miegħu stress għall-edukaturi l-aktar fl-ewwel jiem. “Nawgura wkoll lill-edukaturi kollha għal sena akkademika pożittiva!”
F’isem Gwida.mt nawguraw lil David kull suċċess matul is-sena akkademika li ġejja, kif ukoll lil tant studenti u edukaturi li bdew vjaġġ ieħor li jġib miegħu anke ċertu sfidi!