Fl-awdjo t’hawn taħt Anna u Carlo Borġ Bonaċi rnexxielhom iħejju sorpriża ħelwa lil Gordon Bonello akkumpanjata mis-sigla famuża tal-programm Tista’ Tkun Int.
Fil-fatt waqt dan l-episodju ddeċidew li jagħmlu kuntatt ma’ wieħed mill-għalliema ta’ Gordon Bonello, Mr. Ian Scicluna. Hu kien jgħallmu l-Malti u l-preżentaturi sħabu qalu lil Gordon li llum “tista’ tkun int”. Ma fehemx mall-ewwel iżda malli sema’ isem dan l-għalliem mill-ewwel qabad ikellmu. Is-Sur Scicluna jgħid li għalkemm għadda żmien mhux ħażin minn meta għallem lil Gordon, mhux l-ewwel darba li jinsertah barra.
Tkellmu miegħu fost l-oħrajn dwar il-Malti ta’ Gordon, l-imġieba tiegħu ta’ student, kif ukoll il-karattru inġenerali tiegħu. Ivvintaw kull tarf biex jaqbdu ftit miegħu fil-fatt u xtaqu jitkixfu jekk kienx “tifel imqareb u li ma stajtx tifilħu”. Staqsewh ukoll biex jiddeskrivi lil Gordon b’kelma waħda – araw x’irrisponda u x’qal!
Youtube/ “>Tista’ Tkun Int – Sigla 2006/2007